Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2015 – LG Electronics vs UASI - Cyrus Wellness Consulting (Viewty GT)

(Kawża T-534/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Wellness Consulting GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Viewty GT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 017 237

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Ġunju 2015 fil-Każijiet magħquda  R 1937/2014-2 u R 1564/2014-2Talbiettannulla d-deċiżjoni kkontestata;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi invokatiKsur tar-Regolament Nru 207/2009.

____________