Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2015-0535\tra-doc-mt-req_comm-t-0535-2015-201508536-02_00.doc

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2015 – CBM vs UASI - ÏD Group (Fashion ID)

(Kawża T-535/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentani: U. Lüken, J. Bärenfänger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ÏD Group (Roubaix, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Fashion ID” Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 638 658

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2470/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad it-trade mark Komunitarja Nru10 638 658 f’dak li jikkonċerna l-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 18, 25 u 35 suġġett tal-oppożizzjoni;tannulla d-deċiżjoni korrispondenti adottata mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2014 (Każ B 2 038 399) sa fejn id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni laqgħet l-oppożizzjoni intiża għaċ-ċaħda tat-trade mark Komunitarja Nru 10 638 658;tiċħad l-oppożizzjoni magħmula fis-26 ta’ Ġunju 2012 kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 638 658 fl-intier tagħha;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motiv invokatid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell ma ħadux inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-impressjoni ġenerali prodotta mis-sinjali għandha tiġi evalwata billi t-trade mark ikkontestata tiġi kkunsidrata bħala ħaġa waħda, mingħajr ma jiġu evalwati d-dettalji differenti tagħha.

____________