Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 – Korea National Insurance Corporation Zweigniederlassung Deutschland a.o. vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-533/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Korea National Insurance Corporation Zweigniederlassung Deutschland (Hamburg, il-Ġermanja), Kim Il Su (Pyongyang, Ir-Repubblika tal-Korea), Kang Song Sam (Hamburg), Choe Chun Sik (Pyongyang), Sin Kyu Nam (Pyongyang), Pak Chun San (Pyongyang), So Tong Myong (Pyongyang) (rappreżentanti: M. Lester u S. Midwinter, Barristers, T. Brentnall u A. Stevenson, Solicitors)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1066, tat-2 ta’ Lulju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 174, p. 25) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1062, tat-2 ta’ Lulju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 174, p. 16) sa fejn dawk il-miżuri huma intiżi li jinkluduhom fl-Anness V;tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tar-rikorrenti.Motivi u argumenti prinċipaliInsostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenuti naqqsu milli jagħtu raġunijiet adegwati jew suffiċjenti biex jinkludu r-rikorrenti.It-tieni motiv ibbażat fuq li l-konvenuti wettqu żball manifest meta kkunsidraw li xi wieħed mill-kriterji għall-elenkar fil-miżuri kkontestati kienu sodisfatti fil-każ tar-rikorrenti, ma hemmx bażi fattwali għall-inklużjoni tagħhom

.It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenuti kisru l-prinċ

ipji tal-protezzjoni tad-data.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-konvenuti kisru, mingħajr ġustifik

azzjoni jew proporzjon, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħhom għall-protezzjoni tal-proprjetà, t

an-negozju u tar-reputazzjoni tagħhom.

____________