Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 – Coveris Rigid (Auneau) France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-531/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Coveris Rigid (Auneau) France (Auneau, Franza) (rappreżentanti: H. Meyer Lindemann, C. Graf York von Wartenburg u L. Titze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2014, C(2015)4336 finali, fil-Każ AT.39563 – Imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut, sa fejn dan jistabbilixxi li r-rikorrenti kisret l-Artikolu 101 TFUE billi pparteċipat, matul il-perijodu indikat fl-Artikolu 1(5)(d) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, fi ksur uniku u kontinwat li jikkonstisti f’diversi istanzi ta’ ksur fis-settur tat-tilari tal-ġablow li jservu bħala imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut li jkopri t-territorju Franċiż ; u

tannulla l-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2014, C(2015)4336 finali, fil-Każ AT.39563 – Imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut, sa fejn dan jimponi multa ta’ EUR 4 756 000 fuq ir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali billi żammet lil Coveris responsabbli għall-parteċipazzjoni fi ksur uniku u kontinwat fis-settur tat-tilari tal-ġablow għall-imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut fi Franza. Iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali tal-kawża kienu jiġġustifikaw approċċ ħolistiku fir-rigward taż-żewġ partijiet ta’ xiri mill-ġdid ta’ ONO Packaging mill-impjegati tagħha jew, sussidjarjament, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika fir-rigward tal-parti ta’ ċessjoni tal-attivi tat-tranżazzjoni. Abbażi ta’ dan, Coveris ma setgħetx tinżamm responsabbli għall-ksur allegat.It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi adoperat distinzjoni bejn, minn naħa, il-parti taċ-ċessjoni tal-attivi tax-xiri mill-ġdid mill-impjegati tagħha ta’ ONO Packaging u l-parti taċ-ċessjoni ta’ azzjonijiet tax-xiri mill-ġdid mill-impjegati ta’ ONO Packaging u billi iddividiet konsegwentement ir-responsabbiltà bejn l-entitajiet legali (jiġifieri Coveris u ONO Packaging Portugal) li jippartjenu lil impriżi differenti meta attribwiet ir-responsabbiltà tal-ksu

r allegat imwettaq mill-istess impriża waħda li baqgħet intatta wara x-xiri mill-ġdid mill-impjegati tagħha.

____________