Language of document :

Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 minn Z mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża F-64/13, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-532/15 P )

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Z (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) ( rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddeċiedi li l-appell huwa ammissibbli u fondat;

għaldaqstant tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-30 ta’ Ġunju 2015, mogħtija fil-Kawża F-64/13, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

tiddeċiedi skont ir-rikors promotur tal-Kawża F-64/13;

tikkundanna lill-kontroparti għall-ispejjeż tal-istanza;

tirriżerva lill-appellant id-drittijiet, il-jeddijiet, il-motivi u l-azzjonijiet l-oħra kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka sitt aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet bażiċi tad-difiża.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli għall-ilmenti u fuq l-illegalità tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Mejju 2004 1 ġie miċħud bi ksur manifest tal-prinċipju ta’ legalità, tal-interpretazzjoni testwali u tal-ġerarkija tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt għal rimedju effettiv, fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tal-istħarriġ limitat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-TSP”) tal-kontenut tar-rapporti ta’ evalwazzjoni.Ir-raba’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn, fis-sentenza appellata, it-TSP ma ddeċidiex fir-rigward tat-talba għal miżuri istruttorji u ta’ organizzazzjoni tal-proċedura.Il-ħames aggravju bbażat fuq iċ-ċaħda inġustifikata li ssir verifika tal-fondatezza tal-kritika magħmula mill-appellant u fuq in-nuqqas li jittieħdu inkunsiderazjoni opinjonijiet mogħtija mill-kumitat ta’ evalwazzjoni.Is-sitt aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn, fis-sentenza appellata, it-TSP ikkonstata li l-appellant kien obbligat iressaq talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi kkumpensat wara r-redazzjoni tardiva tar-rapport ta’ evalwazzjoni.

____________

1 Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-4 ta’ Mejju 2004, dwar l-eżerċizzju tas-setgħat iddelegati permezz tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea lill-Awtorità tal-Ħatra kif ukoll permezz tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ rekl

utaġġ.