Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2016 – CBM vs UASI – ÏD Group (Fashion ID)

(Kawża T-536/15) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoniˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken u J. Bärenfänger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: ÏD Group (Roubaix, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2472/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ÏD Group u CBM Creative Brands Marken GmbH.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

CBM Creative Brands Marken GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1     ĠU C 371, 9.11.2015.