Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-532/15 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rapport ta’ evalwazzjoni – Imparzjalità tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Talba għal rikuża tal-membri tal-kulleġġ ġudikanti – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Z (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Placco, sussegwentement J. Inghelram u Á. Almendros Manzano, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (F-64/13, EU:F:2015:72), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Z hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 16, 18.1.2016.