Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2017 – LG Electronics vs EUIPO - Cyrus Wellness Consulting (Viewty GT)

(Kawża T-534/15) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea Proċedimenti ta’ oppożizzjoni Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cyrus Wellness Consulting GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Wulff u U. Hildebrandt, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Ġunju 2015 (Każijiet magħquda R 1937/2014-2 u R 1564/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cyrus Wellness Consulting GmbH u LG Electronics, Inc.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

LG Electronics, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Cyrus Wellness Consulting GmbH.

____________

1     ĠU C 371, 9.11.2015.