Language of document : ECLI:EU:T:2018:138

Kawżi magħquda T533/15 u T264/16

Il-Su Kim et

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

u

Il-Kummissjoni Ewropea

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Korea ta’ Fuq bl-għan ta’ prevenzjoni tal-proliferazzjoni nukleari – Lista tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti – Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista – Obbligu ta’ motivazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It‑Tielet Awla) tal-14 ta’ Marzu 2018

1.      Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Rikors ippreżentat kontra att li jimponi miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent – Tħassir tal-att fil-mori tal-kawża – Dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Inammissibbiltà – Żamma tal-interess tar-rikorrent li jikseb ir-rikonoxximent tal-illegalità tal-att ikkontestat

(Artikolu 263 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2015/1066, (PESK) 2016/475 u (PESK) 2016/849)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ – Neċessità li jiġu speċifikati l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti – Assenza

(Artikolu 296 TFUE)

3.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Korea ta’ Fuq – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Rekwiżiti minimi

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2015/1066, (PESK) 2016/475 u (PESK) 2016/849; Regolamenti tal-Kummissjoni 2015/1062 u 2016/659)

4.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fuq il-mertu

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

5.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi diretti kontra l-Korea ta’ Fuq – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Stħarriġ ristrett għar-regoli ġenerali – Stħarriġ li jestendi għall-evalwazzjoni tal-fatti u għall-verifika tal-provi għall-atti li japplikaw għal entitajiet speċifiċi

(Artikolu 29 TUE; Artikolu 215 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2015/1066, (PESK) 2016/475 u (PESK) 2016/849; Regolamenti tal-Kummissjoni 2015/1062 u 2016/659)

6.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi diretti kontra l-Korea ta’ Fuq – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Element ikkomunikat bħala element li jiskaġuna mill-persuna suġġetta għall-miżuri restrittivi – Inklużjoni

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE)

7.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi diretti kontra diretti kontra l-Korea ta’ Fuq – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Miżuri adottati abbażi ta’ setgħa ta’ implimentazzjoni – Interpretazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni b’mod konformi mal-att bażiku – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni

(Artikolu 215(2) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2015/1066, (PESK) 2016/475 u (PESK) 2016/849; Regolamenti tal-Kummissjoni 2015/1062 u 2016/659)

8.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi diretti kontra l-Korea ta’ Fuq – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Rikors għal annullament ta’ entità li tista’ tikkontribwixxi għall-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari – Tqassim tal-oneru tal-prova – Deċiżjoni bbażata fuq sensiela ta’ indizji – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2015/1066, (PESK) 2016/475 u (PESK) 2016/849; Regolamenti (UE) tal-Kummissjoni 2015/1062 u 2016/659)

9.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Regolament li jistabbilixxi miżuri restrittivi diretti kontra persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2015/1066, (PESK) 2016/475 u (PESK) 2016/849; Regolamenti tal-Kummissjoni 2015/1062 u 2016/659)

10.    Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament Nru 45/2001 – Ipproċessar ta’ data personali – Obbligi ta’ informazzjoni f’każ ta’ data li ma tkunx inġabret mingħand il-persuna kkonċernata – Ksur – Effett fuq il-legalità ta’ atti adottati abbażi tad-data inkwistjoni – Assenza

(Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 45/2001, Artikoli 12(1) u 32; Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1066, (PESK) 2016/475 u (PESK) 2016/849; Regolamenti tal-Kummissjoni 2015/1062 u 2016/659)

11.    L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Regolament li jistabbilixxi miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta' proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-funzjonijiet eżerċitati minn wieħed mir-rikorrenti – Xhieda ta’ dan ir-rikorrent, suġġett għall-miżuri restrittivi inkwistjoni – Ammissibbiltà – Valur probatorju – Prinċipju tal-evalwazzjoni libera tal-provi

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/475 u (PESK) 2016/849; Regolament tal-Kummissjoni 2016/659)

12.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi diretti kontra l-Korea ta’ Fuq – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Kategorija ta’ persuni li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni tal-entità ddeżinjata – Funzjonijiet li jagħtu setgħa ta’ tmexxija fuq l-entità koperta mill-miżuri restrittivi – Persuna li eżerċitat funzjonijiet ta’ ġestjoni fi ħdan l-entità koperta mill-miżura restrittiva – Inklużjoni – Kundizzjonijiet – Rabta tal-persuna fiżika suġġetta għall-miżuri restrittivi mal-attività ta’ provvista ta’ riżorsi ekonomiċi li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi nukleari

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/183/PESK, Artikolu 15(1)(b)(ii), (PESK) 2016/475 u (PESK) 2016/849, Artikolu 27(1)(b); Regolament tal-Kummissjoni 2016/659)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 62)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 69, 71, 72, 82, 192)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 70)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 73)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 91, 93 sa 99)

6.      Għalkemm il-legalità tal-atti li permezz tagħhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jadottaw miżuri restrittivi ma tistax, bħala prinċipju, tiġi evalwata ħlief abbażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li abbażi tagħhom l-imsemmija atti ġew adottati, xorta jibqa’ l-fatt li element ikkomunikat bħala element li jiskaġuna mill-persuna suġġetta għall-miżuri restrittivi jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni mill-qorti tal-Unjoni sabiex tikkonferma l-evalwazzjoni tal-legalità tal-atti kkontestati bbażata fuq il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li abbażi tagħhom l-imsemmija atti ġew adottati.

(ara l-punt 115)

7.      Regolament li jipprevedi miżuri restrittivi għandu jiġi interpretat mhux biss fid-dawl tad-deċiżjoni adottata fil-kuntest tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, imsemmija fl-Artikolu 215(2) TFUE, iżda wkoll tal-kuntest storiku li jagħmlu parti minnu d-dispożizzjonijiet adottati mill-Unjoni u li jagħmel parti minnhom dan ir-regolament. L-istess japplika għal deċiżjoni adottata fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, li għandha tiġi interpretata billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li tagħmel parti minnu

(ara l-punti 122, 148)

8.      Il-Kunsill ma huwiex obbligat jipproduċi l-provi li jistabbilixxu li r-riżorsi ta’ entità kkonċernata kienu ntużaw direttament għall-finijiet tal-programmi tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea relatati mal-proliferazzjoni nukleari, iżda huwa għandu jsostni d-deċiżjoni tiegħu bl-iktar mod plawżibbli possibbli permezz ta’ sensiela ta’ provi li skont dawn, dawn ir-riżorsi jistgħu jikkontribwixxu għal dan il-għan.

(ara l-punt 152)

9.      Fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-motivi li huma l-bażi ta’ deċiżjoni ta’ iskrizzjoni tal-isem ta’ persuna jew ta’ entità f’lista ta’ persuni suġġetti għal miżura restrittiva, għalkemm, tal-inqas, wieħed mill-motivi msemmija fl-espożizzjoni tal-motivi pprovduta huwa biżżejjed preċiż u konkret, huwa sostnut u jikkostitwixxi fih innifsu bażi suffiċjenti sabiex isostni dan l-att, iċ-ċirkustanza li motivi oħrajn ma jkunux l-istess ma jistax jiġġustifika l-annullament tal-imsemmi att.

(ara l-punt 161)

10.    Jekk jitqies li l-Kunsill u l-Kummissjoni pproċessaw data personali dwar ir-rikorrenti b’mod mhux konformi mar-Regolament Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data, din iċ-ċirkustanza ma tistax twassal għall-annullament tal-atti kkontestati. Min-naħa l-oħra, għalkemm ir-rikorrenti kienu fil-pożizzjoni li jipprovaw l-eżistenza ta’ tali pproċessar, huma jistgħu jinvokaw il-ksur ta’ dan ir-regolament, fil-kuntest ta’ rikors għad-danni.

(ara l-punti 173, 269, 345)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 224, 225, 258 sa 260, 327, 328)


12.    Fir-rigward tal-prova tal-kapaċità ta’ persuna iskritta f’lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li tinfluwenza l-attivitajiet tal-entità koperta mill-miżuri restrittivi inkwistjoni, persuna li teżerċita funzjonijiet li jagħtuha setgħa ta’ tmexxija fuq entità koperta minn miżuri restrittivi tista’, bħala regola ġenerali, hija stess titqies li hija implikata f’attivitajiet li ġġustifikaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi li jirrigwardaw l-entità inkwistjoni.

Fil-kuntest ta’ rikors intiż għall-annullament ta’ ċerti miżuri restrittivi meħuda kontra l-Korea ta’ Fuq bl-għan ta’ prevenzjoni tal-proliferazzjoni nukleari, ippreżentat minn persuna fiżika li teżerċita funzjonjiet ta’ ġestjoni fi ħdan l-entità ddeżinjata li tista’ tkun involuta fil-ġenerazzjoni ta’ flus li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea relatati mal-proliferazzjoni nukleari u li taqa’ taħt kriterju ta’ iskrizzjoni li jirrigwarda “persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew skont l-ordni tagħhom” skont l-Artikolu 15(1)(b)(ii) tad-Deċiżjoni 2013/183 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, kif ukoll “persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew skont l-ordni tagħhom”, fis-sens tal-Artikolu 27(1)(b) tad-Deċiżjoni 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, dan il-kriterju ma jeħtieġx neċessarjament li din il-persuna tkun dik li tiddeċiedi dwar it-trasferiment tal-assi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea relatati mal-proliferazzjoni nukleari u lanqas li hija tkun tista’ tinfluwenza tali trasferiment. Min-naħa l-oħra, hija għandha jkollha rabta mal-attività msemmija fil-motivi kontenzjużi moqrija fid-dawl tal-kriterji inkwistjoni, jiġifieri l-fatt tal-iġġenerar ta’ dħul f’munita barranija li jista’ jikkontribwixxi għall-programmi nukleari tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea.

F’dan ir-rigward, huwa meħtieġ sempliċement li l-persuna fiżika suġġetta għal miżuri restrittivi jkollha rabta mal-attività ta’ provvista ta’ servizzi finanzjarji jew ta’ trasferimenti ta’ fondi, ta’ assi jew ta’ riżorsi ekonomiċi li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi nukleari tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, mingħajr ma jkun hemm bżonn li din il-persuna tkun marbuta speċifikament mal-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari.

Il-kriterji u l-motivi kontenzjużi li fuqhom hija bbażata l-iskrizzjoni tal-isem ta’ din il-persuna fil-listi kontenzjużi jeżiġu unikament li tintwera rabta bejn il-persuna kkonċernata u l-entità li tipprovdi jew tiżgura t-trasferiment ta’ assi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea relatati mal-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari.

L-eżerċizzju ta’ funzjonijiet ta’ ġestjoni minn din il-persuna jwassal sabiex jiġi kkunsidrat li r-rwol tagħha fl-attività tal-entità koperta minn miżuri restrittivi huwa suffiċjenti sabiex, minn naħa, jiġi kkunsidrat li għandha rabta mal-attività ta’ din l-entità ta’ ġenerazzjoni ta’ munita barranija billi taġixxi f’isem jew taħt id-direzzjoni tagħha u, min-naħa l-oħra, li ma huwiex meħtieġ li wieħed jibbaża, lil hinn mill-verifika tal-eżattezza tal-motivi l-oħra relatati ma’ din il-persuna, fuq l-indizji relatati mal-aġir individwali tagħha sabiex jintwera li hija ġiet iddeżinjata f’konformità mal-kriterji ta’ iskrizzjoni adottati.

(ara l-punti 332 sa 338)