Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Coveris Rigid France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-531/15) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Prinċipju ta’ responsabbiltà personali – Assenza ta’ kontinwità ekonomika – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Coveris Rigid France, li kienet Coveris Rigid (Auneau) France (Auneau, Franza) (rappreżentanti: H. Meyer-Lindemann, C. Graf York von Wartenburg u L. Stammwitz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, F. Jimeno Fernández u L. Wildpanner, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4336 final tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Coveris Rigid France hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 406, 7.12.2015.