Language of document : ECLI:EU:F:2007:146

DIGRIET TAL-PRESIDENT TA’ L-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

19 ta’ Lulju 2007

Kawża F-98/06

Risto Lohiniva

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Ftehim bonarju fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir ”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skond l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu Lohiniva jitlob l-annullament tad-deċiżjoni ta’ l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Mejju 2006, li tiċħad l-ilment li huwa kien ressaq kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tirrikonoxxilu, sa minn meta mar lura lejn Brussell, wara perijodu ta’ servizz fil-Finlanda, id-dritt li jkompli jittrasferixxi 35 % tar-remunerazzjoni fix-xahar netta tiegħu lejn dan il-pajjiż, skond l-Artikolu 17 ta’ l-Anness XIII tar-Regoli tal-Proċedura.

Deċiżjoni: Il-kawża F-98/06, Lohiniva vs Il-Kummissjoni hija mħassra mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 5 000, għall-ħlas definittiv ta’ l-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż sostnuti minnu. Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju tal-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir mir-Reġistru

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 87(5) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 98; Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752, Artikolu 3(4))