Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Diċembru 2012 - Qualitest vs Il-Kunsill

(Kawża T-421/11) 

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi - Rikors għall-annullament - Obbligu ta' motivazzjon - Żball manifest ta' evalwazzjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Qualitest FZE (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: L. Catrain González, avukati, E. Wright u H. Zhu, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Marhic u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta' Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 65), tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta' Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)    Sa fejn jikkonċernaw lil Qualitest FZE, huma annullati:

-    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta' Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

-    ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta' Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

-    ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

2)    L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/29 għandhom jinżammu, sa fejn jikkonċernaw lil Qualitest, sakemm jidħol fis-seħħ l-annullament tar-Regolament ta' Implementazzjoni Nru 503/2011 u tar-Regolament Nru 267/2012.

3)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Qualitest.

4)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 282, 24.09.2011.