Language of document : ECLI:EU:T:2014:41





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 – Confederación de Cooperativas Agrarias de España u CEPES vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑156/10)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Leġiżlazzjoni Spanjola li tipprevedi miżuri favur kooperattivi agrikoli wara ż-żieda fil-prezz tal-karburant – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Assoċjazzjonijiet professjonali – Nuqqas ta’ interess individwali – Assenza ta’ rkupru – Tmiem tal-interess ġuridiku – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Tmiem ta’ interess ġuridiku minħabba avveniment li seħħ wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 27, 28, 53-55, 57)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern wara l-ewwel deċiżjoni li kkonstatat il-kompatibbiltà tagħha fi tmiem proċedura ta’ investigazzjoni formali – Rikors ta’ assoċjazzjoni li pparteċipat fl-imsemmija proċedura iżda li kellha rwol li ma jmurx lil hinn mill-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali rikonoxxuti lill-persuni interessati fl‑Artikolu 108(2) TFUE – Inammissibbiltà (Artikolu 108(2) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 1(h) u 20) (ara l-punti 33-36)

3.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Rikors ta’ assoċjazzjoni ta’ kooperattivi li jsostnu li huma l-benefiċjarji effettivi ta’ għajnuna iżda li ma jipproduċux provi suffiċjenti f’dan ir-rigward – Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l‑punti 46‑51)

4.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern u li tordna l-ħlas lura tagħha – Assenza ta’ adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ rkupru tal-għajnuna – Interess ibbażat fuq deċiżjoni futura u inċerta tal-Kummissjoni jew ta’ qorti nazzjonali li teħtieġ l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rkupru – Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal Artikolu 263 TFUE) (ara l‑punti 59, 60, 62)


Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/473/UE, tal-15 ta’ Diċembru 2009, rigward il-miżuri ta’ appoġġ lis-settur agrikolu implimentati minn Spanja bħala riżultat taż-żieda fil-prezz tal-fjuwil (ĠU 2010, L 235, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Confederación de Cooperativas Agrarias de España u l-Confederación Empresarial Española de la Economía Social (CEPES) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

L-Asociación de Empresarios de Estaciones de Servicio de la Comunidad Autónoma de Madrid (Aeescam) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.