Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2021 – Telly vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-362/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Telly s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: R. Kubáč, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Marzu 2021 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.55805 (2020/FC) – ir-Repubblika Ċeka – Estensjoni tal-liċenzji tal-frekwenzi tal-operaturi tan-networks tat-TDT;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma hijiex debitament motivata.

____________