Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2021 – Di Taranto vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

(Kawża T-368/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Di Taranto (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: G. Pellegrino, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-“Decision of the College of the European Public Prosecutor’s Office of 3 may 2021 on the appointment of fifteen european delegated prosecutors of the EPPO in the Italian Republic” li permezz tagħha ġew maħtura l-Prosekuturi Delegati Ewropej għall-Istat Taljan;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv ibbażat fuq l-illegalità li tirriżulta mill-fatt li d-deċiżjoni vinkolanti tat-28 ta’ April 2021 adottata mill-Consiglio Superiore della Magistratura (il-Kunsill Superjuri tal-Ġudikatura, l-Italja), li għall-Italja huwa l-awtorità kompetenti għall-ħatra tal-Prosekuturi Delegati Ewropej (PDE), hija illegali.

Sussidjarjament huwa jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kulleġġ tal-UPPE li taħtar lill-PDE, li huwa jqis li hija vvizzjata b’illegalità li tirriżulta mill-fatt li d-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2021, li permezz tagħha l-Consiglio Superiore della Magistratura (il-Kunsill Superjuri tal-Ġudikatura) ħa d-deċiżjoni finali li Dott. Di Taranto, għal dak li jirrigwarda t-tliet pożizzjonijiet ta’ prosekuturi li għandhom jinħatru għall-uffiċċju ta’ Ruma, huwa kklassifikat wara l-kandidati l-oħra.

____________