Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 – Total Raffinage Marketing vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-566/08) 1

(Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tax-xema’ tal-paraffin – Suq tax-xema’ ratba – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq – Prova tal-eżistenza ta’ akkordju – Kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu – Tul tal-ksur – Interuzzjoni tal-ksur- Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi – Ugwaljanza fit-trattament – Preżunzjoni tal-innoċenza – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha – Influwenza determinata eżerċitata mill-kumpannija parent – Preżunzjoni fil-każ ta’ żamma ta’ sehem ta’ 100 % - Proporzjonalità – Metodu ta’ arrotondament – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Total Raffinage Marketing (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: A. Vandencasteele, C. Falmagne, C. Lemaire u S. Naudin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u A. Biolan, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476, tal-1 ta’ Ottubru 2008, li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Candle Waxex), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

L-ammont tal-multa imposta fuq Total Raffinage Marketing fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476, tal-1 ta’ Ottubru 2008, li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Candle Waxex) huwa ffissat għal EUR 125 459 842.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Total Raffinage Marketing għandha tbati disgħin fil-mija tal-ispejjeż tagħha u disgħin fil-mija tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati għaxra fil-mija tal-ispejjeż tagħha u għaxra fil-mija tal-ispejjeż sostnuti minn Total Raffinage Marketing.

____________

1 ĠU C 55, 07.03.2009