Language of document :

Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2021 minn AZ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża T-196/19, AZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-792/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: AZ (rappreżentanti: T. Hartmann, D. Fouquet, M. Kachel, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

a)    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża T-196/19, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN), tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, fir-rigward tas-snin 2012 u 2013;

sussidjarjament għal (a), tannulla s-sentenza appellata u d-deċiżjoni inkwistjoni fil-konfront tal-appellanti;

sussidjarjament għall-punt 1,

tannulla s-sentenza appellata u d-deċiżjoni inkwistjoni, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 15 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati u li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 8 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 10 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, u fir-rigward tal-kumplament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni ġdida dwar it-talba 1(a) li saret fl-ewwel istanza intiża għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, anki fir-rigward tal-kumplament;

sussidjarjament għal (a), tannulla s-sentenza appellata u d-deċiżjoni inkwistjoni fil-konfront tal-appellanti, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, u fir-rigward tal-kumplament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni ġdida dwar it-talba 1(b) li saret fl-ewwel istanza intiża għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, fl-intier tagħha (jew anki “fir-rigward tal-kumplament”), fil-konfront tal-appellanti;

sussidjarjament għall-punt 2,

tannulla s-sentenza appellata u tibgħat il-kawża lura quddiem lill-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni ġdida dwar it-talba 1(a) li saret fl-ewwel istanza intiża għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament għal (a), tannulla s-sentenza appellata u tibgħat il-kawża lura quddiem lill-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni ġdida dwar it-talba 1(b) li saret fl-ewwel istanza intiża għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, fil-konfront tal-appellanti,

sussidjarjament għall-punt 3,

tannulla s-sentenza appellata u d-deċiżjoni inkwistjoni, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 15 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati u li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 8 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 10 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati,

sussidjarjament għal (a), tannulla s-sentenza appellata u d-deċiżjoni inkwistjoni fil-konfront tal-appellanti, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati,

sussidjarjament għall-punt 4,

a)    tannulla s-sentenza appellata u tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni ġdida dwar it-talba 2(a) li saret fl-ewwel istanza intiża għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 15 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati u li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 8 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 10 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati,

b)    sussidjarjament għal (a), tannulla s-sentenza appellata u tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni ġdida dwar it-talba 2(b) li saret fl-ewwel istanza intiża għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata fil-konfront tal-appellanti, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati,

6.    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż legali u l-ispejjeż għall-ivvjaġġar.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

L-ewwel u t-tieni aggravju: ksur tad-dritt għal smigħ u obbligu ta’ motivazzjoni

Fil-kuntest tal-ewwel żewġ aggravji tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret ir-rekwiżiti proċedurali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt għal smigħ u l-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ sentenza. Insegwitu ta’ dan il-ksur, il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi meta tikkonstata li hemm għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Permezz tal-ewwel parti ta’ dawn iż-żewġ aggravji, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-argument tal-appellanti dwar in-natura żbaljata tal-qafas ta’ referenza bħala l-bażi għad-determinazzjoni dwar jekk hemmx vantaġġ selettiv (punti 8, 117 u 127 tas-sentenza appellata).

Permezz tat-tieni parti ta’ dawn iż-żewġ aggravji, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-argument tal-appellanti dwar id-determinazzjoni tal-ammont tal-imposta addizzjonali taħt l-Artikolu 19(2) tal-iStromnetzentgeltverordnung (ir-Regolament dwar it-Tariffi tan-Network tal-Elettriku, magħruf bħala r-“Regolament StromNEV”) (punti 12, 68, 100 u 101 tas-sentenza appellata).

Permezz tat-tielet parti ta’ dawn iż-żewġ aggravji, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkonsiderazzjoni l-argument tagħha dwar in-nuqqas ta’ kumpens tat-telf u tal-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-għoti ta’ eżenzjonijiet ta’ tariffi ta’ network fid-determinazzjoni ta’ jekk ir-riżorsi humiex riżorsi tal-istat (punti 95 u 96 tas-sentenza appellata).

Permezz tar-raba’ parti ta’ dawn iż-żewġ aggravji, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkonsiderazzjoni l-argument tagħha dwar l-invalidità tad-deċiżjoni tal-Bundesnetzagentur (l-Aġenzija Federali tan-Network) tal-2011 waqt l-eżami ta’ jekk ir-riżorsi kinux riżorsi tal-Istat (punt 76 tas-sentenza appellata).

It-tielet aggravju: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE

Fir-rigward tat-tielet aggravju, l-appellanti ssostni barra minn hekk li l-Qorti Ġenerali tikser id-dritt tal-Unjoni meta tqis li l-imposta addizzjonali taħt l-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV hija għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

L-ewwel, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali tapplika fl-evalwazzjoni tagħha kriterji tal-għajnuna mill-Istat li huma legalment żbaljati fir-rigward ta’ imposta taħt id-dritt tal-għajnuna mill-Istat u ta’ kontroll mill-Istat (punti 77, 83, 86 u 101 tas-sentenza appellata).

It-tieni, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali tqis b’mod żbaljat l-imposta addizzjonali taħt l-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV bħala imposta taħt id-dritt tal-għajnuna mill-Istat, billi tibbaża ruħha fuq preżentazzjoni distorta tad-dritt nazzjonali, minkejja li la kien hemm obbligu ta’ imposta fuq l-operaturi tan-networks u lanqas obbligu fuq l-utenti tan-network jew fuq il-konsumaturi finali tal-elettriku, u l-operaturi tan-network ma ġewx ikkumpensati għat-telf tal-profitt u għall-ispejjeż (punti 68 u 75 sa 115 tas-sentenza appellata).

It-tielet, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali tqis b’mod żbaljat li hemm kontroll mill-Istat fuq l-imposta addizzjonali taħt l-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV, billi tibbaża ruħha fuq preżentazzjoni distorta tad-dritt nazzjonali, peress li hija tippresupponi obbligu ta’ imposta u kopertura sħiħa tal-ispejjeż u tqis ukoll li l-Aġenzija Federali tan-Network iddeterminat l-ammont tal-imposta (punti 100 sa 112 tas-sentenza appellata).

Ir-raba’, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali tiddefinixxi qafas ta’ referenza inkomplet u żbaljat, billi tibbaża ruħha fuq preżentazzjoni distorta tad-dritt nazzjonali (punt 8 u 128 sa 131 tas-sentenza appellata).

Ir-raba’ aggravju: ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

Fl-aħħar, fil-kuntest tar-raba’ aggravju, l-appellanti tallega ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni sa fejn il-Qorti Ġenerali, l-ewwel, ma tirrikonoxxix li hemm differenza fit-trattament illegali li tirriżulta mill-irkupru tal-għajnuna ordnati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata skont ir-regola tranżitorja taħt l-Artikolu 32(7) tar-Regolament StromNEV 2013 u għalhekk tikkonkludi li ma hemmx ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament taħt id-dritt tal-Unjoni (punt 141 tas-sentenza appellata).

____________