Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – KY vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-433/20) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni Ewropea – Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni – Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Restituzzjoni tal-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni mhux meħuda inkunsiderazzjoni fis-sistema ta’ kalkolu tas-snin ta’ servizz pensjonabbli tal-Unjoni – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Regola tal-‘minimu tas-sussistenza’ – Arrikkiment indebitu”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KY (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenut: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram u A. Ysebaert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita, ikkonfermata mid-deċiżjoni espliċita tal-10 ta’ Ottubru 2019, li tiċħad it-talba għal restituzzjoni tal-parti mhux akkreditata tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz u ttrasferiti lejn l-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

KY hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 279, 24.8.2020.