Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 – Merck vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-470/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Bär-Bouyssière, K. Lillerud, L. Voldstad, B. Marschall, P. Sabbadini, R. De Travieso, M. Holzhäuser, S. O, avukati, M. Marelus, solicitor, R. Kreisberger u L. Osepciu, barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39226 – Lundbeck, u l-Artikoli 2(5), 3 u 4 sa fejn dawn huma indirizzati lil Merck;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuq Merck; u

fi kwalunkwe każ, tirrimborsa lil Merch l-ispejjeż tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlettax-il motiv.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ restrizzjoni minħabba l-għan fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li t-teorija tad-dannu tal-Kummissjoni hija fundamentalment żbaljata.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-approċċ tal-Kummissjoni jmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball meta naqset milli tikkunsidra jew tagħmel dan b’mod xieraq, il-kuntest fattwali, ekonomiku u legali, li kien juri li, fl-assenza tal-ftehim, GUK ma kinitx tniehdi s-citalopram b’mod iktar rapidu fir-Renju Unit jew fis-swieq l-oħrajn taż-ŻEE.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-portata tal-ftehim bejn Lundbeck u GUK.Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt meta qieset li Lundbeck u GUK huma kompetituri potenzjali.Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li GUK kellu intenzjonijiet antikompetittivi meta kkonkkluda l-Ftehim Renju Unit u ŻEE.It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt fil-konstatazzjonijiet tagħha rigward id-daqs u l-għan tat-trasferiment monitarju bejn Lundbeck u GUK.Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma evalwatx b’mod korrett l-argumenti mqajma mill-partijiet taħt l-Artikolu 101(3) TFUE.L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tieħu debitament inkunsiderazzjoni l-provi ta’

Merck li jikkonfutaw il-preżunzjoni tal-influwenza deċiżiva u, konsegwentement, wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt billi kkonstatat li din il-pre

żunzjoni ma kinitx ikkonfutata.Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi annullata fuq il-bażi tad-dewmien eċċessiv.It-tnax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li

l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ tal-partijiet.It-tlettax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tas-sanzjonijiet.