Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Merck vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-470/13) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram – Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Kompetizzjoni potenzjali – Prodotti mediċinali ġeneriċi – Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi – Ftehimiet konklużi bejn il-proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Żball ta’ liġi – Żball ta’ evalwazzjoni – Imputabbiltà tal-ksur – Responsabbiltà tal-kumpannija omm għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq minn waħda mis-sussidjarji tagħha – Ċertezza legali – Terminu raġonevoli – Multi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment B. Bär-Bouyssière, K. Lillerud, L. Voldstad, B. Marschall, P. Sabbadini, R. De Travieso, M. Holzhäuser u S. O, avukati, M. Marelus, solicitor, u R. Kreisberger u L. Osepciu, barristers, sussegwentement B. Bär-Bouyssière, L. Voldstad, M. Holzhäuser, A. Cooke, M. Gampp, avukati, M. Marelus, R. Kreisberger u L. Osepciu)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bourke, F. Castilla Contreras u T. Vecchi, sussegwentement F. Castilla Contreras, T. Vecchi, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Generics (UK) Ltd (Potters Bar, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment G. Drauz, M. Rosenthal u B. Record, avukati, sussegwentement G. Drauz u M. Rosenthal)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Merck KGaA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Generics (UK) Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 ĠU C 325, 9.11.2013.