Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Ottobru 2023 – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Galaţi – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Vrancea, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili vs Greentech S.A.
(Kawża C-640/23, Greentech)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Galaţi – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Vrancea, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Konvenut: Greentech S.A.
Domanda preliminari
Il-prinċipji ta’ newtralità, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, irregolati mill-Artikolu 2, mill-Artikolu 19 u mill-Artikolu 168 ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , jipprekludu r-rifjut ta’ rikonoxximent tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT imħallsa għal tranżazzjoni ta’ bejgħ, sussegwentement ikklassifikata mill-ġdid mill-awtoritajiet tat-taxxa bħala trasferiment ta’ negozju li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT, peress li l-VAT diġà nġabret mill-Istat u, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rimbors tagħha huwa impossibbli?
____________
1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.