Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Federación Española de Hostelería vs EACEA

(Kawża T-340/13) 1

[“Rikors għal annullament –Programm fil-qasam tat-tagħlim matul il-ħajja – Kuntratt ibbażat fuq il-proġett ‘Simulatur virtwali għat-tagħlim ta’ lingwi għall-professjonisti fil-qasam tat-turiżmu (e-client)’ – Ittra ta’ informazzjoni minn qabel – Natura kuntrattwali tat-tilwima – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Assenza ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt – Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Federación Española de Hostelería (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: B. Miguelsanz Roldán, F. J. del Nogal Méndez, R. Fernández Flores u M. P. Abad Marco, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: H. Monet u A. Jaume, aġenti, assistiti inizjalment min J. L. Buendía Sierra, N. Ruiz García u A. Balcells Cartagena, sussegwentement J. L. Buendía Sierra u A. Balcells Cartagena, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel tal-EACEA tal-5 ta’ April 2013 li tinforma lir-rikorrenti li hija kellha tirrimborsa l-ammont ta’ EUR 181 686.11 wara l-verifika tal-proġett “Simulatur virtwali għat-tagħlim ta’ lingwi għall-professjonisti fil-qasam tat-turiżmu (e-client)”.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Federación Española de Hostelería hija kkundannata għall-ispejjeż.