Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2011 – Ax vs Il‑Kunsill

(Kawża T-259/10)

“Rikors għal annullament – Assistenza finanzjarja tal-Unjoni lil Stat Membru li jkun għaddej minn tfixkil ekonomiku jew finanzjarju serju – Regolament li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura ta’ għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Assenza ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Interess dirett - Kriterji - Regolament li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja - Regolament li sempliċement jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura ta’ għoti ta’ assistenza finanzjarja lil Stat Membru - Marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti mill-Istat Membru sabiex jibbenefika mill-assistenza - Telf tal-valur tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent li jiddependi minn għadd ta’ fatturi oħra - Assenza ta’ interess dirett tar-rikorrent (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 407/2010) (ara l-punti 20-25)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010, tal-11 ta’ Mejju 2010, li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Thomas Ax għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.