Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Ġunju 2010 - Thomas Ax vs Il-Kunsill

(Kawża T-259/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Ax (Neckargemünd, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Baumann, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010, tal-11 ta' Mejju 2010, li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jikkontesta r-Regolament (EU) Nru 407/2010 1.

Insostennn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li, fost l-oħrajn, l-għajnuna awtorizzata bir-regolament ikkontestat tikser il-projbizzjoni li jiġu assunti u li tittieħed responsabbiltà għall-impenji tal-Istati Membri l-oħra kif prevista fl-Artikolu 125 TFUE.

Barra minn hekk, ir-Regolament Nru 407/2010 ma għandux bażi legali fl-Artikolu 122 TFUE. F'dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-Istati Membri affettwati mill-attakki spekulattivi ma humiex serjament mhedda minn diffikultà serja fis-sens ta' din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, id-diffikultajiet konsegwenti tal-attakki spekulattivi ma joriġinawx minn ċirkustanzi eċċezzjonali li l-Istati Membri ma għandhomx kontroll fuqhom.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010, tal-11 ta' Mejju 2010, li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, p. 1).