Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Marzu 2010 - Baid vs UASI (LE GOMMAGE DES FACADES)

(Kawża T-31/09)1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja verbali LE GOMMAGE DES FACADES - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Obbligu ta' motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li saret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Baid SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Grasset, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta' Ottubru 2008 (Każ R 963/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LE GOMMAGE DES FACADES bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Baid SARL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 69, 21.3.2009.