Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Settembru 2007 - AWWW vs FEACVT

(Kawża T-211/07 R)

("Kuntratti pubbliċi -Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti - Proċedura għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AWWW GmbH ArbeitsWelt-Working World (Göttingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Schreier, avukat)

Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (FEACVT) (rappreżentant: C. Callanan, solicitor)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta' FEACVT li tirrigwarda l-kuntratt pubbliku nru 2007/S 13-014125 intitolat "Servizzi ta' informazzjoni u ta' analiżi dwar il-kwalità tax-xogħol u l-impjieg, dwar ir-relazzjonijiet industrijali u dwar ir-ristrutturar fuq livell Ewropew", safejn il-Qorti tal-Prim'Istanza tat deċiżjoni fil-kawża prinċipali.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________