Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2011 - Couture Tech vs UASI (Rappreżentazzjoni tal-emblema Sovjetika)

(Kawża T-232/10) 1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta l-emblema Sovjetika - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Couture Tech Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: B. Whyatt, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Marzu 2010 (Każ R 1509/2008-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta l-emblema Sovjetika bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud.

    Couture Tech Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 195, 17.07.2010.