Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Marzu 2012 — Ebro Foods vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/10)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-ammortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju fil-każ ta’ akkwist ta’ ishma barranin — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi skema ta’ għajnuna settorjali — Rikors ta’ impriża li bbenefikat minn għajnuna individwali mogħtija abbażi ta’ din l-iskema mingħajr ma hija milquta mill-obbligu ta’ rkupru — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 22, 23, 27)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess individwali —Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 30)

3.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi skema ta’ għajnuna settorjali — Interess individwali — Kriterji — Appartenenza fi grupp magħluq ta’ persuni — Kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva — Assenza ta’ pożizzjoni ta’ negozjatur stabbilita b’mod ċar — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 31, 33-35)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ebro Foods, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.