Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' April 2010 - Milux vs UASI (FERTILITYINVIVO)

(Kawża T-175/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta' Frar 2010, fil-Każ R 1116/2009-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : It-trade mark verbali "FERTILITYINVIVO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma kinitx eleġibbli għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja minħabba li ma għandhiex karattru distintiv intrinsiku suffiċjenti.

____________