Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2023 – J. García Carrión vs EUIPO – Eckes-Granini Group (Forma ta’ flixkun)

(Kawża T-1156/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: J. García Carrión, SA (Jumilla, Spanja) (rappreżentant: J. Mora Cortés, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali (Forma ta’ flixkun) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 394 338

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 372/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti (jekk din tidher u tintervjeni f’dan ir-rikors) ibatu l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem il-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u quddiem il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________