Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2013 – FK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-248/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FK (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Grieves, Barrister, u J. Carey, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 14/2007, tal-10 ta’ Jannar 2007, li jemenda għall-74 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU L 6, p. 6) sa fejn dan japplika għar-rikorrenti, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Marzu 2013 li tinżamm il-lista;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata ma ttiħditx fil-ħin jew fi żmien raġjonevoli.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tevalwa għaliha nnifisha u b’akkuratezza jekk ir-rikorrenti kinitx tissodisfa l-kriterji rilevanti. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni: (a) naqset milli tfittex u/jew tikseb il-provi li jsostnu l-allegazzjonijiet; (b) naqset milli tiżgura li l-motivazzjoni kienet ekwivalenti għar-raġunijiet invokati mill-Kumitat ta’ Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u naqset milli tfittex u/jew tikseb dettalji suffiċjenti tal-allegazzjonijiet tali li jkunu jippermettu lir-rikorrenti tiddefendi ruħha minnhom b’mod effettiv; (ċ) naqset milli tevalwa jekk uħud mill-allegazzjonijiet humiex ibbażati fuq provi li rriżultaw mit-tortura; u (d) naqset milli tfittex u/jew tikseb provi rilevanti li jiskoplaw.It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tapplika l-oneru u l-livell korrett tal-prova.Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-motivazzjoni invokata mill-Kummissjoni hija legalment difettuża peress li: (a) l-ebda waħda mill-allegazzjonijiet ma hija msejsa fuq provi u b’hekk dawn l-istess allegazzjonijiet jonqsu milli juru li l-allegazzjonijiet huma fondati; (b) uħud mill-allegazzjonijiet ma humiex suffiċjentement preċiżi b’tali mod li ma jippremettux lir-rikorrenti tikkontesta l-allegazzjonijiet; (ċ) uħu

d mill-allegazzjonijiet huma wisq storiċi u/jew vagi b’tali mod li ma humiex konnessi b’mod razzjonali mal-kriterji rilevant

i; u (d) uħud mill-allegazzjonjiet ma humiex konsistenti mal-provi li jiskolpaw.Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli twettaq eżerċizzju ta’ proporzjonalità, billi tibbilanċja d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti mar-riskju attwali li hija allegatament tippreżenta.