Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2015 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-245/13) 1

[“FAEGG – Sezzjoni ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Skema ta’ pagament uniku – Verifiki ewlenin – Verifiki sekondarji – Artikoli 51, 53, 73 u 73a tar-Regolament (KE) Nru 796/2004”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Murrell, M. Holt u E. Jenkinson, sussegwentement M. Holt, aġenti, assistiti minn D. Wyatt, QC, u minn V. Wakefield, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u K. Skelly, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123/UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 67, p. 20), sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda entrata li tinsab fl-Anness I tagħha, dwar korrezzjoni estrapolata ta’ 5.19 % applikata għal infiq magħmul fl-Irlanda ta’ Fuq (ir-Renju Unit) matul is-sena finanzjarja 2010, li kien jammonta għal EUR 16 513 582.57.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 189, 29.6.2013.