Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2024 – Kartroi vs EUIPO - Luxvide Finanziaria per Iniziative Audiovisive e Telematiche (SANDOKAN)

(Kawża T-47/24)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Kartroi LLC (Orlando, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Baccarelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Luxvide Finanziaria per Iniziative Audiovisive e Telematiche SpA (Ruma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SANDOKAN – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 381 703

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 312/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 381 703 mressqa fil-21 ta’ Ġunju 2021 minn Luxvide Finanziaria per Iniziative Audiovisive e Telematiche SpA;

tiffissa seduta għas-sottomissjonijiet orali tal-kawża;

tirrimborsa lil Kartroi LLC l-ispejjeż relatati ma’ il-proċedura u fir-rigward tal-istadji preċedenti tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO u l-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________