Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ottubru 2011 – DBV vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑297/10)

“Rikors għal annullament – Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina – Drittijiet tad-difiża – Kalkolu tal-valur normali – Proporzjonalità – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Ftuħ tal-investigazzjoni - Obbligu tal-istituzzjonijiet li jiżguraw li l-impriżi kkonċernati jiġu informati - Portata - Kwalità ta’ impriża kkonċernata - Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 5(10) u (11)) (ara l-punti 20-22)

2.                     Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Proporzjonalità - Regolament li jimponi dazji antidumping u dazji kumpensatorji definittivi - Natura proporzjonata - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 5 UE; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009) (ara l-punti 36-38)

3.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Interess ġuridiku - Kundizzjoni - Rikors li jista’ jagħti benefiċċju għall-parti li ppreżentatu - Portata (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 42)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2010, tal-10 ta’ Mejju 2010, li jimponi dazju provviżorju ta’ antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 117, p. 64).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DBV Deutscher Brennstoffvertrieb Würzburg GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.