Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2010 - CBp Carbon Industries, Inc. vs UASI

(Kawża T-294/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CBp Carbon Industries, Inc. (New York, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: J. Fish, Solicitor u S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' April 2010 fil-Każ R 1361/2009-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-Trade mark verbali "CARBON GREEN" għal prodotti fil-klassi 17 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 973531

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-appell huwa miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tqajjem żewġ motivi insostenn tat-talbiet tagħha.

Fl-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b'mod żbaljat il-karattru distintiv tat-trade mark verbali kkonċernata għall-prodotti rilevanti.

Fit-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell (i) għamel evalwazzjoni żbaljata tat-tifsira u tas-sintassi tat-trade mark verbali kkonċernata, kif ukoll tal-kapaċità li jista' jkollha bħala terminu li jiddeskrivi dik il-merkanzija b'mod immedjat u dirett; (ii) minn naħa ġustament ikkonkluda li l-pubbliku rilevanti kien speċjalizzat, iżda, min-naħa l-oħra, naqas li jirrileva ex officio fatti li minnhom infushom juru li t-trade mark kellha karattru deskrittiv fl-għajnejn ta' tali pubbliku; u (iii) naqas milli jistabbilixxi mill-provi li kien hemm, fl-isfera speċjalizzata rilevanti, probabbiltà raġonevoli li operaturi oħra jkunu jixtiequ jużaw it-trade mark fil-futur.

____________