Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fil-25 ta’ Marzu 2021 – Megatherm-Csillaghegy Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-188/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Megatherm-Csillaghegy Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

Il-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll il-premessa 30 u l-Artikoli 63, 167, 168, 178 sa 180, 182 u 273 tad-Direttiva tal-VAT 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-aħħar sentenza tal-Artikolu 137(3) tal-az általános forgalmi adóról szóló 2007. évi CXXVII. törvény, (il-Liġi CXXVII tal-2007 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2017, skont liema “[i]d-dritt għal tnaqqis tal-persuna taxxabbli jispiċċa fid-data meta d-deċiżjoni ta’ tħassir tan-numru fiskali jsir definittiv fil-każ ukoll fejn l-amministrazzjoni fiskali tirrevoka n-numru fiskali tal-persuna taxxabbli mingħajr ma tkun issospendietu”, u jipprekludu għall-istess Artikolu 137 tal-liġi fil-verżjoni tagħha fis-seħħ bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u s-26 ta’ Novembru 2020, skont liema “[m]eta l-amministrazzjoni fiskali u doganali ċentrali tirrevoka n-numru fiskali tal-persuna taxxabbli, id-dritt għal tnaqqis tiegħu jintemm fid-data meta d-deċiżjoni ta’ revoka tan-numru fiskali ssir definittiva”?

L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tmiem tad-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa bħala konsegwenza ġuridika obbligatorja, imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ ġbir tat-taxxa u ta’ ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa (jiġifieri li hija sproporzjonata)?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).