Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs BUR

(Kawża T-645/16 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni – Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni – Kontribuzzjonijiet ex ante – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR) (rappreżentanti: B. Meyring u S. Schelo, avukati)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiżi għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-sessjoni eżekuttiva tal-BUR (SRB/ES/SRF/2016/06) tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2016 u, min-naħa l-oħra, l-ordni, lill-BUR, li tirrimborsa kontribuzzjonijiet ex ante mħallsa mir-rikorrenti.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________