Language of document : ECLI:EU:T:2017:62





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs BUR

(Kawża T645/16 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni – Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni – Kontribuzzjonijiet ex ante – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 17-20)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-vijabbiltà finanzjarja tar-rikorrenti

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 28, 29)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi sostnuti minn provi dokumentali ddettaljati

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 31, 32)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-sessjoni eżekuttiva tal-BUR (SRB/ES/SRF/2016/06) tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2016 u, min-naħa l-oħra, l-ordni, lill-BUR, li jirrimborsa kontribuzzjonijiet ex ante mħallsa mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.