Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 minn Bart Nijs mid-digriet mogħti fis-26 ta' Ġunju 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-1/08, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-376/08 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bart Nijs (Bereldange, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)

Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tiddikjara l-appell ammissibbli,

tiddikjara l-appell fondat,

konsegwentament, tannulla d-digriet tas-26 ta' Ġunju 2008 fil-kawża F-1/08, Bart Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravji u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-371/08P.

____________