Language of document : ECLI:EU:T:2012:125





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Mustang vs UASI — Decathlon (Linja mmewwġa)

(Kawża T-379/08)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta linja mmewwġa — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw linja mmewwġa bajda fuq sfond iswed — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26-28, 56-59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Lulju 2008 (Każ R 859/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Decathlon SA u Mustang — Bekleidungswerke GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mustang — Bekleidungswerke GmbH & Co. KG hija kkundannata għall‑ispejjeż.