Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2013 – 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-42/13) 1

(“Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-karbur tal-kalċju u l-manjeżju għall-industrija tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit – Multi – Interessi moratorji – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 1. garantovaná a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Powell, solicitor, G. Forwood, barrister, M. Staroň u P. Hodál, avukati, sussegwentement minn K. Lasok, QC, J. Holmes, B. Hartnett, barristers, u O. Geiss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, F. Dintilhac u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Diċembru 2012 (Każ COMP/39.396 – reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjeżju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), li biha din tal-aħħar talbet lir-rikorrenti sabiex tħallasha l-bilanċ tal-multa imposta fuqha permezz tad-Deċiżjoni tagħha C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, miżjuda b’interessi moratorji, jew li tipprovdi, favuriha, garanzija bankarja li tkopri dan l-istess ammont.Dispożittiv     Ir-rikors huwa miċħud.     1. garantovaná a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.