Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2012 - Mega Brands vs UASI - Diset (MAGNEXT)

(Kawża T-292/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Diset, SA (Barcelona, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta' April 2012, fil-Każ R 1722/2011-4 u tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 1681447; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "MAGNEXT", għal prodotti fil-klassi 28 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8990591

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Spanjola "MAGNET 4", irreġistrata bin-Nru 2550099 għal prodotti fil-klassi 28; it-trade mark figurattiva Komunitarja "Diset Magnetics", irreġistrata bin-Nru 3840121 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 28 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

____________