Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/12) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Servizzi ta’ rimi ta’ karkassi tal-annimali u ta’ skart tal-biċċeriji – Żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet f’każ ta’ epiżutija – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Vantaġġ – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Kumpens relatat mal-obbligu ta’ servizz pubbliku – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorzjoni tal-kompetizzjoni – Neċessità tal-għajnuna – Sussidjarjetà – Obbligu ta’ motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti, assistiti minn T. Lübbig u M. Klasse, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Egerer u T. Maxian Rusche, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [2012/485/UE], tal-25 ta’ April 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.25051 (C 19/10) (ex NN 23/10) mogħti[ja] mill-Ġermanja lil Zweckverband Tierkörperbeseitigung f’Rhineland-Palatinate, Saarland, Rheingau-Taunus-Kreis u Landkreis Limburg-Weilburg (ĠU L 236, p. 1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.