Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – Mega Brands vs EUIPO – Diset (MAGNEXT)

(Kawża T-292/12 RENV) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MAGNEXT – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGNET 4 – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar, sussegwentment H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Diset, SA (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2012 (Każ R 1722/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diset u Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ April 2012 (Każ 1722/2011-4) hija annullata.

L-EUIPO għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.

____________

1 ĠU C 273, 8.9.2012