Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fl-24 ta’ Jannar 2024 – Verein für Konsumenteninformation vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

(Kawża C-45/24, Verein für Konsumenteninformation)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Obersten Gerichtshofs

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verein für Konsumenteninformation

Konvenut: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

Domandi preliminari

1.    Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1)(a) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz tal-biljett li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-ammont tar-rimbors dovut mit-trasportatur tal-ajru lil passiġġier minħabba l-kanċellazzjoni ta’ titjira jinkludi d-differenza bejn l-ammont imħallas minn dan il-passiġġier u dak irċevut minn dan it-trasportatur tal-ajru, li tikkorrispondi għal kummissjoni rċevuta minn impriża li intervjeniet bħala intermedjarju bejniethom, meta t-trasportatur tal-ajru, minkejja li jkun ċertament jaf li l-impriża l-oħra normalment tiffattura kummissjoni għal intermedjazzjoni (kummissjoni), ma jkunx jaf l-ammont preċiż fil-każ konkret?

2.    L-oneru tal-prova li t-trasportatur tal-ajru kellu l-għarfien neċessarju jaqa’ fuq il-passiġġier li jitlob ir-rimbors jew għandu t-trasportatur tal-ajru juri li ma kellux l-għarfien neċessarju dwar il-kummissjoni?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.