Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Settembru 2009 - Cusack-Gard'ner vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-76/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carolyn Cusack-Gard'ner (Wavre, il-Belġju) (rappreżentant: Dr John Temple Lang, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta' Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tibbenefika minn rimbors sħiħ tal-ispejjeż li saru għat-trattament tal-kura tagħha

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta' Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti;

tiddikjara li l-Kapitolu 3 tat-Titolu II tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2007 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni dwar ir-rimbors tal-ispejjeż mediċi, mhux applikabbli skont l-Artikolu 241 KE:

- sa fejn jipprovdi li l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel dovuti jew tal-infermier li jkun preżenti fir-residenza tal-pazjent mhumiex rimborsabbli, u

- sa fejn jistabbilixxi limitu tar-rimbors għall-ispejjeż dovuti jew tal-infermier li jkun preżenti fir-residenza tal-pazjent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________