Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Marzu 2011 - Milux vs UASI (FERTILITYINVIVO)

(Kawża T-175/10) 1

"Trade mark Komunitarja - Rappreżentazzjoni tar-rikorrenti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta' terz - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta' Frar 2010 (Każ R 116/2009-4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal vrbali FERTILITYINVIVO bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Milux Holding SA hija kkundannata għall-ispejjez.

____________

1 - ĠU C 161, 19.06.2010.