Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' April 2010 - Grupo Osborne vs UASI - Industria Licorera Quezalteca (TORO XL)

(Kawża T-169/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J. Iglesias Monravá, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Industria Licorera Quezalteca, SA

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta' Jannar 2010, fil-Każ R 223/2009-2, li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4.769.279 TORO XL fil-klassi 33;

tilqa', konsegwentement, l-applikazzjoni għar-registrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4.769.279 TORO XL fil-klassi 33; u

tikkundanna għall-ispejjeż lil kull parti li topponi dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "TORO XL" (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 4.769.279), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 33 u 43.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: INDUSTRIA LICORERA QUEZALTECA S.A.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Kommunitarja figurattiva (Nru 4.027.124) li tinkludi l-ittri "XL", għal prodotti fil-klassi 33 (xorb alkoħoliku).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Oppożizjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja.

____________