Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' April 2010 - Apotheke DocMorris vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' salib aħdar)

(Kawża T-173/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Apotheke DocMorris Holding GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: Y. Dick, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni fil-Każ R 1606/2008-4 tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta' Frar 2010;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : trade mark figurattiva, li tirrappreżenta salib aħdar, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 16, 21, 25, 29, 30, 32, 35 sa 42 u 44 - Applikazzjoni Nru 5 930 946.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li l-evalwazzjoni tal-karattru distintiv mill-Bord tal-Appell kienet ineżatta f'diversi aspetti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)