Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2011 - Pegler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/06)1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Effett dissważiv"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pegler Ltd (Doncaster, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Thompson, QC, u A. Collinson, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn S. Kinsella u K. Daly, solicitors)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 - Attrezzaturi), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 - Attrezzaturi), huwa annullat inkwantu jikkonstata illi Pegler Ltd ipparteċipat fil-ksur matul il-perijodu mill-31 ta' Diċembru 1988 sad-29 ta' Ottubru 1993.

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Pegler fl-Artikolu 2(h) tad-Deċiżjoni C (2006) 4180 huwa ta' EUR 3.4 miljun.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 20, 27.1.2007.